Kummissjoni Zghazagh Pawlini A.D. 2005

Kummissjoni Zghazagh Pawlini, Kazin Banda San Pawl, Triq San Pawl, San Pawl il-Bahar, Malta.

Email: kzpawlini@gmail.com

Programm tal-Festa Titulari F'Gieh Marija Addolorata Sultana tal-Martri

 



Il-Ġimgħa 17 ta' Lulju 2009.

6.30p.m. Quddiesa mmexxija minn Patri Joseph Cilia OFMConv., Kappillan tal-Parroċċa. Wara ħruġ tal-Istatwa Titulari ta' Marija Addolorata Sultana tal-Martri minn niċċa. Kant tal-Innu, Kurunella u Tislima lill-Madonna. Janima l-kant l-Kor Parrokkjali Marija Addolorata.

Is-Sibt 18 ta’ Lulju 2009.
7.00p.m. Riċeviment ad unur il-President Paul Bugeja għal 15 -il sena servizz lejn il-Każin tal-Banda San Pawl organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini. Matul l-attivita titbierek is-Sala 'Paul Bugeja' mill-Kappillan tal-Paroċċa Patri Joseph Cilia OFMConv. Il-President Paul Bugeja jingħata Ġieħ il-Każin mill-E.T. President Emeritus ta' Malta Dott. Edward Fenech Adami.

Il-Hadd 19 ta’ Lulju 2009.
9.45a.m. Quddiesa animata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini u l-Bandisti. Il-quddiesa tkun imexxija mill-Kappillan tal-Paroċċa Patri Joseph Cilia OFMConv. Fl-aħħar tal-quddiesa jitbierku  l-instrumenti mużikali. Janima l-Kant il-Grupp Arise.

It-Tnejn 20 ta’ Lulju 2009.

8.30p.m. Il-Banda San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar
, tagħmel marċ li jibda minn Triq San Pawl quddiem il-Każin Tal-Banda San Pawl u jgħaddi mit-toroq Mosta, Kaħli, Lampuki, Ċagħaq, Ċensu Tanti, Ramel, Alka, Għabex, Wesgħa Mary Doris Żarb, Villeġjatura, San Pawl u jispicca quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl. Dan il-marċ jitella bil-kolloborazzjoni tal-Kunsill Lokali.

It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2009.
8.30p.m. Is-Socjeta Mużikali Lourdes tal-Qrendi
, mistiedna mill-Każin tal-Banda San Pawl tagħmel marċ li jibda minn Triq San Pawl quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl u jgħaddi mit-toroq Parroċċa, San Ġorg, San Pawl, Ramon Perellos, Jean De La Cassiere, Jean De La Valette, Mosta, Kaħli, San Luqa, Patri Ġużepp Calleja, Bordino, Sant’ Aristarkus, Wesgħa Mary Doris Żarb, Villeġjatura, Konverżjoni, Toni Bajada, San Ġeraldu, Torri, San Pawl u jispiċċa quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl. 

L-Erbgħa 22 ta’ Lulju 2009.
8.30p.m. Is-Soċjeta Mużikali Sant’ Antnin ta’ Birkirkara, mistiedna mill-Każin tal-Banda San Pawl tagħmel marċ li jibda minn Triq San Pawl (Inħawi tal-Veċċja), Duluri, San Ġorg, Katidral, Parades, San Publiju, San Ġorg, Martino De Redin, Emmanuel Pinto, Martino De Redin, San Ġorg, San Pawl u jispicca quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl.

Il-Ħamis 23 ta’ Lulju 2009.
8.30p.m. L-Għaqda Mużikali Sant’ Elena ta’ Birkirkara, mistiedna mill-Każin tal-Banda San Pawl tagħmel marċ li jibda minn Triq San Pawl quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl u jgħaddi mit-toroq San Pawl il-Baħar, Knisja, Toni Bajada, San Pawl, Parades, Katidral, Karmnu, San Publiju sa ħdejn il-Club tal-Boċċi, San Publiju, San Ġwann Battista, San Pawl u jispiċċa quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl.

Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2009.
Il-Marċ il-Kbir tal-Banda San Pawl.

8.30p.m. Il-Banda San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar, tagħmel li jibda minn Triq San Pawl quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl u jgħaddi mit-toroq Isouard, Knisja, San Pawl, Parades, San Pawl u jispiċċa quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl.

Is-Sibt 25 ta’ Lulju 2009 – Lejliet il-Festa Titulari ta’ Marija Addolorata Sultana tal-Martri .
9.00p.m. Programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier mill-Banda San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Banda San Pawl tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro.Charles Cachia. Jieħdu sehem it-Tenur Joseph Aquilina u l-Kor tal-Każin Banda San Pawl immexxi mis-Solista Pauline Vella. Jippreżentaw is-serata Joe u Marisa Buhagiar.
11.00p.m. Il-Banda San Pawl tesegwixxi marċ qasir li jibda minn Triq San Pawl quddiem il-Każin tal-Banda San Pawl, jgħaddi tul Triq San Pawl, San Publiju, San Franġisk u jispiċċa Triq San Frangisk ħdejn in-nar ta’ l-art.

Il-Hadd 27 ta’ Lulju 2009 – Jum il-Festa Titulari ta’ Marija Addolorata Sultana tal-Martri.
11.00a.m. Il-Banda San Ġuzepp tal-Ħamrun, mistiedna mill-Kumitat tal-Festa, tagħmel marċ li jibda minn Triq iċ-Ċagħaq u jgħaddi minn toroq Lampuki, Kaħli, Mosta, San Pawl, Parades u Triq San Pawl sa quddiem il-Knisja Parrokkjali.
6.00p.m. Il-Banda La Vittoria tal-Mellieħa, tagħmel marċ li jibda minn Triq San Pawl u jgħaddi minn Triq Parades għal Triq San Pawl.
7.00pm. Il-Banda Santa Marija tal-Mosta, takkumpanja l-purcissjoni bl-Istatwa devota ta’ Marija Addolorata Sultana tal-Martri, li tgħaddi minn Triq San Pawl, Triq il-Knisja, Triq Toni Bajada, Triq San Pawl, Triq Parades u Triq San Pawl sa ħdejn il-Plancier.
8.00p.m. Programm Mużikali fuq il-Plancier mill-Banda La Vittoria tal-Mellieħa taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Vella. Jieħdu sehem it-Tenur Joseph Aquilina u l-Kor tal-Każin Banda San Pawl immexxi mis-Solista Pauline Vella.
10.00p.m. Il-Programm jingħalaq bl-Innu lill-Marija Addolorata u bl-Ave Marija mis-Solista Pauline Vella.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini tawgura l-Festa t-Tajba lil Pawlini Kollha.

VIVA MARIJA ADDOLORATA SULTANA TAL-MARTRI
PATRUNA TAL-PAWLINI KOLLHA