Kien il-Ġimgha 29 ta' Lulju 2005, waqt marċ brijjuż akkumpanjat mill-Banda San Pawl, meta grupp ta' żgħażagħ ideċidew li jwaqqfu Kummissjoni għaż-żgħażagh Pawlini. B’hekk, f’din id-data inkitbet paġna oħra importanti fl-istorja tal-Banda San Pawl kif ukoll ta' San Pawl il-Baħar. L-isem uffiċjali sar Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini kif kien xieraq u l-ewwel Chairman kien is-Sur Keith
Kif ghaddiet il-festa ta' l-2005, il-K.Ż.P. mill-ewwel bdiet il-ħidma tagħha għas-sena ta’ wara. Matul is-sena, ittellaw bosta attivitajiet sabiex il-K.Ż.P. tiġbor biżżejjed fondi għal proġett sorprizza għal festa ta' l-2006. Il-festa waslet ukoll u l-progett tlesta b’suċċess fejn il-K.Ż.P. ippreżentat Imrewħa mil-isbaħ iddedikata lil Ommna Marija Sultana tal-Martri. Dan seta jseħħ ukoll bl-għajnuna tal-Kumitat Ċentrali ta’ dak in-nhar taħt it-tmexxija tal-President Paul Buġeja. Kien it-Tnejn 24 ta' Lulju 2006 meta din l-imrewħa ġiet uffiċjalment ipprezenata. Malli nfetħet għal-ewwel darba, ġibdet il-qlub tal-folla preżenti bix-xogħol eċċezzjonali u kuluri mil-isbaħ li fija.
(L-Imrewha li giet mzanzna fl-2006)
Għadiet sena oħra ta suċċess u mal-ewwel beda x-xogħol għas-sena li jmiss, l-2007, fejn il-Każin kien ser jgħalaq is-60 sena mil-ftuħ uffiċjali tiegħu. Ċelebrazzjoni importantissima kemm għal-Għaqda tal-Banda San Pawl kif
Ġie deċież ukoll li l-Kazin jinxtel b’dawl aħmar min xhar qabel il-festa u magħtul il-ġurnata titella liedna ħamra tul l-arblu kollhu ta’ fuq il-bejt tal-Każin. Dak in-nhar tal-festa, il-bozzoz tal-fustun ta’ l-arblu inxtelu b’dawl aħmar u abjad fejn krejaw effett mill-isbaħ ma’ nżul ix-xemx. Dawn it-tlett proġetti saru parti min tradizzjoni tal-Każin u għadhom issiru sal-lum.
(Il-Faccata tal-Kazin mixghula hamra min xhar qabel il-Festa)

(Il-Liedna tul l-arblu tal-Kazin)
(Il-Fustun mixghul bicca hamra u bicca bajda)

(Il-Faccata tal-Kazin bil-Pavaljuni, sorpriza 2008)
Is-sena 2009 hija sena mportanti għal K.Ż.P. għaliex f'Jannar twaqqaf Kumitat il-ġdid tal-Kummissjoni, bit-tieni Chairman jkun is-Sur Joseph Vella. L-attivitajiet tkomplew sabiex il-Festa 2009 tkun oħra ta’ suċċess bħas-snin preċedenti.
Il-festa 2009 waslet bħal festi oħra. Għal darb’ oħra il-Każin xgħel b’kulur aħmar min xhar qabel il-festa, iżda din is-sena l-Każin żiet 5 tubi ġodda, tlieta taħt kull tieqa tal-Każin u tnejn fuq il-maħżen propjeta tal-Każin Banda San Pawl li jinsab quddiem il-Knisja bħal Każin. Kienet xi ħaġa ta’ sodisfazzjon kbir għal K.Ż.P. meta min xhar qabel il-festa ħafna mid-djar tar-residenti Pawlini xegħlu l-gallariji tagħhom kif xegħel il-Każin. B’din ir-reazzjoni tar-residenti Pawlini ndunajna li n-nies qed jgħatu kas x’qed jagħmel il-Każin u li dak li qed nagħmlu biex nkabbru l-Festa tagħna qiegħed jintoġob mill-Pawlini.
L-għaxar ġranet tant għeżiż għal kull Pawlin waslu. Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju l-K.Ż.P. kienet preżenti għal quddies tal-ħruġ tal-vara titulari minn-niċċa. Wara l-quddies l-K.Ż.P. preżentat il-flokkijiet tal-Festa 2009, li nltaqaw bil-kbir mill-Pawlini. Fuq quddiem kien hemm l-arma tal-Banda tagħna u fuq wara l-istatwa ta’ Marija Sultana tal-Martri, patruna taghna.
L-għada s-Sibt, l-K.Ż.P. organizzat riciviment fil-Kazin, ad unur l-President Paul Bugeja li għalaq 15 –il sena president ta’ l-Għaqda tagħna. Preżenti għal dan ir-riċiviment kien hemm l-Eċċelenzza tiegħu President Emeritus ta’ Malta Dott. Edward Fench Adami. Il-Hadd 19 ta’ Lulju il-K.Ż.P ħadet sehem fil-quddies ta’ l-9.45am li kienet animata mill-istess membri tal-K.Ż.P. Fl-aħħar tal-quddies ġew mbierka l-instrumenti mużikali mill-Kappillan Patri Joseph Cilja.
Mit-Tnejn bdiet il-ġimgħa tal-festa titulari. Mit-Tlieta nistaw ngħidu li l-Pawlini mlew quddiem il-Każin kollhu. Il-brijju min-naħa tagħna ma naqqasx. Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju ntlaħaq il-qofol ta’ kollox. Brijju kbir li f’ San Pawl il-Baħar dal-Każin qatt ma ra bħalu. Waqt il-marċ ġiet ipreżentata sorpriża ġdida. Sett ta’ bnadar b’ l-arma tal-Banda San Pawl u Marija Sultana tal-Martri. Bnadar li ntoġbu minn kulħadd.
Sorpriża żgħira iżda mill-qalb. Għal darb’ oħra, sorpriża iddedikata lil Patruna Marija Sultana tal-Martri, u hawn tinduna l-imħabba kbira li aħna għanda lejn Ommna Sultana tal-Martri.
Il-Festa għaddiet b’suċċess kbir. Il-ħolma tal-Kummissjoni bdiet isseħ rejalta bilmod. Il-ħolma hija li nkomplu nqajmu l-marċi ta’ fost il-ġimgħa bi brijju kbir u s-sena 2009 hija xut ta’ dan.
Nhar it-18 ta’ Awwissu 2009 saret il-laqgħa ġenerali, li se tibda issir kull sena ftit ġranet wara l-festa biex fiha jinħatar Kumitat ġdid biex jibda jaħdem għal festa ta’ wara. Is-sena 2010 se tkun is-sena li fiha l-Kummissjoni se tkun qed tiċċelebra l-ħames snin mit-twaqqif uffiċjali tagħha.